In-Norveġja wkoll poġġiet lil Malta mal-lista ta' pajjiżi meqjusa mhux siguri għas-safar u dan minħabba r-rata ta' trasmissjoni tal-Covid-19.
Kull persuna li tasal minn Malta, kemm jekk residenti u anke jekk turisti, iridu jagħmlu kwarantina.
L-Olanda wkoll neħħiet lil Malta mil-lista ta' pajjiżi siguri u r-reġjun Taljan ta' Puglia qed jisħaq li kull persuna li tasal minn Malta trid tagħmel kwarantina ta' 14-il ġurnata.
Sqallija wkoll qed tordna lill-Isqallin kollha li jaslu minn Malta biex jagħmlu kwarantina, filwaqt li l-Gvern Taljan qed jordna lil dawk kollha li jidħlu l-Italja, inkluż turisti, biex jagħmlu swab test.
Tliet stati Baltiċi, l-Irlanda, l-Islovenja u anke l-Greċja wkoll poġġew restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar minn u lejn Malta.
Il-Litwanja għalqet kompletament il-fruntieri tagħha għal Malta.
Aqra wkoll:
Kull persuna li tasal minn Malta, kemm jekk residenti u anke jekk turisti, iridu jagħmlu kwarantina