109 persuni mmultati għax ma kinux bil-maskra
B'kollox saru 742 spezzjoni
More in Politika
B'kollox saru 742 spezzjoni
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li 109 persuni ġew immultati għax instabu li ma kinux liebsa l-maskra fil-postijiet indikati, fosthom fil-ħwienet, it-trasport pubblika u l-vapur ta' Għawdex.
Gauci spjegat kif b'kollox saru 742 spezzjoni. Kull min jinqabad bla maskra jeħel multa ta' €50.
"Aħna ma niħdux gost nagħtu ċitazzjonijiet. Aħna rridu li n-nies jifhmu għaliex għandhom jilbsu l-maskra. Bħalma kulħadd meta joħroġ ma jinsiex in-nuċċali jew il-mowbajl, l-istess ħadd ma għandu jinsa l-maskra," saħqet Gauci
Appellat li kulħadd għandu jkun responsabbli u mhux jilbes biss il-maskra meta hemm l-għassa. "Meta tidħol fil-karozza, tilbes is-seatbelt mhux meta hemm il-Pulizija biss."
Aqra wkoll: