Peter Grech jirriżenja minn Avukat Ġenerali
Peter Grech sar Avukat Ġenerali fl-2010, jiġifieri fi żmien Gvern Nazzjonalista. Huwa nżamm fil-kariga mill-Gvernijiet Laburisti
More in Politika
Peter Grech sar Avukat Ġenerali fl-2010, jiġifieri fi żmien Gvern Nazzjonalista. Huwa nżamm fil-kariga mill-Gvernijiet Laburisti
L-Avukat Peter Grech informa lill-President ta' Malta bid-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja minn Avukat Ġenerali.
Ħabbar dan l-Uffiċċju tal-President li fi stqarrija qal li rċieva l-ittra llum u li fiha l-Avukat Ġenerali infurmah bid-deċiżjoni li jirriżenja.
Grech se jtemm il-kariga tiegħu nhar id-9 ta' Settembru.
Aktar tard, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rringrazzja lil Grech għas-servizz li ta lill-Istat Malti u fakkar li issa, wara r-riformi tal-Gvern, il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis, se jkun qed iwaqqaf Kummissjoni tal-Ħatra li se toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li din ir-riżenja ġiet sena tard.
"Ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali hija konferma ċara kemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kellha raġun. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali suppost qiegħed hemm biex iħares l-interess ta’ kull wieħed u waħda minna u mhux biex jipproteġi interessi partiġġjani tal-Gvern Laburista," insista Delia.
Peter Grech sar Avukat Ġenerali fl-2010, jiġifieri fi żmien Gvern Nazzjonalista. Huwa nżamm fil-kariga mill-Gvernijiet Laburisti.
Fl-aħħar snin, Grech kien fiċ-ċentru tal-kritika mill-Oppożizzjoni, partikolarment meta dan kien irrifjuta li jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant jew almenu jagħti kopja lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, kien fetaħ Każ Kostituzzjonali kontrih. Delia kien rebaħ id-dritt li jkollu kopja ta' dan ir-rapport.