Fl-aħħar 24 siegħa, 65 pazjent li kienu morda bil-COVID-19, ġew iddikjarati mfejqa.
Mill-banda l-oħra, fl-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 24 każ ġdid tal-virus, biex issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 624.
Ilbieraħ saru 2,109 test.
Intant, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat li anke jekk in-numri jvarjaw minn ġurnata għall-oħra, minħabba ċ-ċokon ta' Malta, kollox qed jindika li s-sitwazzjoni reġgħet bdiet tistabbilizza ruħha.
Fi kliemha, jekk tieħu l-medja fuq sebat ijiem, jidher li l-kurva bdiet mill-ġdid it-triq tan-niżla.
Intant is-sitwazzjoni fl-isptarijiet hija hekk:
- Ħames pazjenti fl-Infection Diseases Unit
- Tliet pazjenti jinsabu fl-ITU
- 14-il pazjent jinsabu fl-Isptar Boffa
- 14 il-pazjent jinsabu fl-Isptar St. Thomas
- 22 pazjent jinsabu fl-Isptar Mount Carmel