Il-gvern ħabbar li l-Professur Carmen Sammut se tkun ic-Chairperson il-ġdid tal-Public Broadcasting Services (PBS) u magħha bħala diretturi se jinħatru: Dr Maria Brown, Ray Calleja, Jeremy Camilleri, Engelbert Grech, Albert Marshall, Marthese Portelli, Oliver Scicluna u Adriana Zarb Adami.
Fi kliem il-Ministru Carmelo Abela, li fost l-oħrajn huwa responsabbli mix-xandir nazzjonali, dan il-bord se jwettaq ir-riforma meħtieġa ħalli l-istazzjon nazzjonali jkompli jtejjeb il-kwalità u jservi l-interess pubbliku billi jipprovdi kontenut tal-ogħla kwalità permezz ta’ proġetti ġodda li fiż-żmien li ġej għandhom isaħħu l-pjattaformi kollha ta’ TVM.
"Dan biex joffru xandir nazzjonali denju u li n-nies ifittxu għal produzzjonijiet ta’ livell li jkunu disponibbli wkoll fuq teknoloġiji emerġenti. Fl-istess waqt, se jħares li jimmodernizza l-PBS minn kull aspett, inkluż fl-istruttura tal-istess kumpanija," temm jgħid Abela.