63 każ ġdid ta' Covid-19 mill-bieraħ; Ifiqu 31 pazjent

Mill-każi mħabbra lbieraħ, seba' kienu minn djar tal-anzjani

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta rreġistrat 63 każ ġdid ta' COVID-19 hekk kif saru 2,044 swab test.

Mill-banda l-oħra, fiequ 31 persuna biex issa l-għadd tal-każi attivi tela' għal 388.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati.

Mit-23 każ imħabbra lbieraħ, ħamsa kienu qraba ta' pazjenti oħra, tlieta kienu kollegi u każ wieħed kellu kuntatt dirett ma' persuna oħra li ħarġiha  l-Covid-19. Apparti dawn, każ wieħed kien importat filwaqt li seba' każi kienu minn djar tal-anzjani differenti. 

Minn meta feġġ l-ewwel każ, Malta kellha 2,162 pazjent bil-Covid-19. Minnhom fiequ 1,760 u 14 tilfu ħajjithom.

More in Politika