L-MUT titlob biex l-iskejjel ma jinfetħux għalissa
Il-Unjin tal-Għalliema saħqet li mhijiex kuntenta bil-linji l-gwida u kemm dawn jistgħu jipproteġu s-saħħa tal-edukaturi u l-istudenti
More in Politika
Il-Unjin tal-Għalliema saħqet li mhijiex kuntenta bil-linji l-gwida u kemm dawn jistgħu jipproteġu s-saħħa tal-edukaturi u l-istudenti
Il-Unjin tal-Għalliema (MUT) qed titlob lill-Gvern biex jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet kollha edukattivi u dan biex tkun protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi, l-istudenti u l-familji tagħhom.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-MUT qalet li fl-aħħar ġimgħat kellhom diversi laqgħat u qed tibbaża din id-deċiżjoni tagħha fuq dak li rċeviet mingħand l-edukaturi u l-impjegati tal-iskejjel.
Il-Unjin fakkret li kienet ilha minn Marzu titlob li jkunu ppubblikati l-linji gwida biex l-iskejjel jibdew iħejju ruħhom iżda dawn tħabbru biss fl-aħħar jiem, b'dawk dwar il-kindergartens u l-istituzzjonijiet post-sekondarji ħarġu lbieraħ.
Aqra wkoll: Il-UPE titlob uffiċjalment lill-PM biex ma jinfetħux l-iskejjel u t-tagħlim isir online
Qalet li s-saħħa tal-edukaturi, l-istudenti, il-qraba u l-familji kollha tal-edukaturi mhux qed tingħata prijorità. Insistiet li hemm ħafna mistoqsijiet li baqgħu ma tweġbux u hemm riskju serju li meta jinfetħu l-iskejjel ikun hemm żieda sostanzjali fil-każi.
"Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, l-iskejjel mhux lesti biex jiftħu u għad ma hemmx biżżejjed soluzzjonijiet," saħqet il-unjin waqt li fakkret li l-każi għadhom qed jiżdiedu, partikolarment din il-ġimgħa.
Għalhekk il-unjin qed titlob:
Kompliet tgħid li hemm miżuri oħra li qed tiddiskuti dwarhom u li se tħabbar fil-jiem li ġejjin.
"L-edukaturi jridu li jmorru lura l-iskola, iżda jekk ikun hemm il-miżuri u ssalvagwardji kollha neċessarji," saħqet l-MUT.