L-ewwel seba' persuni jfiqu f'Residenza San Ġużepp

Ilbieraħ sar magħruf li kważi nofs l-anzjani residenti f'din id-dar għandhom il-Covid-19

Fir-Residenza San Ġużepp, fejn fl-aħħar jiem inxtered b'mod qawwi l-virus tal-Covid-19, fiequ l-ewwel seba' anzjani.

Ħabbret dan l-istess Residenza fuq Facebook.

Ilbieraħ sar magħruf li kważi nofs l-anzjani residenti f'din id-dar għandhom il-Covid-19, hekk kif minn total ta' 278 resident, 113-il anzjan u anzjana rriżultaw pożittivi. 

Apparti minn hekk, kien hemm membri tal-istaff li nstabu wkoll pożittivi. Madwar 50 membru tal-istaff jinsab fi kwarantina.

More in Politika