27 każ ġdid ta' Covid-19; Jiżdiedu tliet każi f'Residenza San Ġużepp

41 pazjent fiequ mill-virus biex hekk il-każi attivi komplew jonqsu

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta rreġistrat 27 każ ta' Covid-19, filwaqt li 41 persuna fiequ.

Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi kompla jonqos biex issa hawn 575 każ.

B'kollox, ilbieraħ, saru 2,302 testijiet.

Il-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, iżda minn fost dawk tal-bieraħ, reġa' kien hemm tliet każi oħra f'Residenza San Ġużepp. 

Intant, minn kemm ilha li faqqgħet il-pandemija, Malta kellha 3,006 każi. B'kollox, fiequ 2,302 persuna filwaqt li 32 tilfu ħajjithom.

More in Politika