Il-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza sostna li l-każijiet ta' Covid-19 f'Malta żdiedu imma "s-sitwazzjoni hija taħt kontroll" insista. Illum tħabbar rekord ta' 122 każ ġdid u 1,095 każ attiv.
Huwa ħabbar li minn nhar it-Tnejn bars u każini jridu jgħalqu fil-11 p.m. kuljum bil-miżuri li tħabbru qabel u li jitrattaw ikelu fatturi oħrajn, jibqgħu jgħoddu.
L-użu tal-maskra se jinfirex aktar għal kważi kullimkien, inkluż barra fit-triq u pjazez, fuq ix-xogħol u postijiet oħrajn għajr għal xi eċċezzjonijiet - bħal fil-karozza privata tiegħek u meta tkun qed tiekol f'ristorant. Il-Gvern se jagħti ġimgħa ċans biex din il-miżura tindara biex imbagħad issir obbligatorja li l-maskra tintlibes kullimkien.
Il-PM Abela qal li l-pulizija se jieħdu rwol aktar ċentrali u wissa lil kulħadd li se jkun hemm multi ħorox għal min ma jsegwix il-liġi. Dwar dan il-punt saru 150,000 spezzjoni f'negozji qal il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, li qal ukoll illi f'każi ta' ksur ripetut tal-liġi saħansitra titneħħa l-liċenzja
Robert Abela fakkar li nhar it-Tnejn fil-Baġit il-Gvern se jaħdem biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi fid-dawl ukoll ta' din il-pandemija. "Il-ħajja trid tkompli, il-ħaddiema jdiru jkomplu jaħdmu u uliedna jridu jkomplu jmorru l-iskola," saħaq Abela.
Il-PM qal li l-Gvern jaf kif għandu jaġixxi fuq l-iskejjel u x-xogħol reġa' beda jiġi għan-normalità.
(Aktar informazzjoni dalwaqt)