Miriam Dalli u Clyde Caruana co-opted għall-Parlament
Fuq quddiem għal post Dalli hemm Cyrus Engerer
More in Politika
Fuq quddiem għal post Dalli hemm Cyrus Engerer
Miriam Dalli u Clyde Caruana se jkunu qed jirrappreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament bħala Membri Parlamentari - wara co-option. Dalli se tkun qed tieħu post Joseph Muscat filwaqt li Caruana se jieħu post Etienne Grech.
Minflok Miriam Dalli fuq quddiem hemm Cyrus Engerer biex isir MEP f'isem il-Partit Laburista.
Kien il-Prim Ministru li llum laqqa kemm lill-Grupp Parlamentari, kif ukoll lill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, biex jiġu diskussi l-co-options ta’ Dalli u Caruana li ġew approvati unanimament wara li skatta mekkaniżmu għall-co-option biex jimtlew iz-zewg siġġijiet vakanti fil-Parlament.
Miriam Dalli hija l-Viċi President tal-S&D. Il-magazine influwenti Politico sejħilha ‘doer’ u hi l-unika MPE mniżżla fil-Class of 2019 ta’ Politico. Ingħatat it-titli tal-MPE tas-Sena fl-oqsma tal-enerġija u s-saħħa. VoteWatch Europe jikklasifikaha kemm-il darba bħala waħda mill-aktar politiċi influwenti fl-Ewropa.
Miriam, avukat, iffukat il-ħidma tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, il-green economy u blue economy, fost oħrajn.
Clyde Caruana serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Caruana huwa gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Chariman Eżekuttiv ta’ Jobsplus qabel din il-ħatra. Caruana kien ukoll arkitett fis-sistema tac-childcare centres b’xejn li ġiet introdotta f’pajjiżna fl-2014