Għal darb'oħra, il-Gvern se jkun qed jinvesti €50 miljun fil-ħruġ ta' voucher għall-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 16-il sena.
L-ammont totali tal-vouchers se jerġa' jkun ta' €100, iżda din id-darba se jkunu mqassma differenti.
Fil-fatt, €60 se jkunu jistgħu jintużaw għall-akkomodazzjoni, ir-ristoranti u l-barijiet filwaqt li €40 se jkunu jistgħu jissarfu fi ħwienet bħal dawk tal-ħwejjeġ jew inkella oħrajn li joffru servizzi, bħall-hairdressers.
Din id-darba, il-vouchers mhux se jkunu kollha ta' €20, iżda se jkunu mqassma anke f'ammonti iżgħar biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn faxex differenti fis-soċjetà u anke fi ħwienet u stabbilimenti differenti.
Għalkemm aktar dettalji se jingħataw 'il quddiem, waqt konferenza tal-aħbariijet li kellu mal-ġurnalisti qabel id-diskors tal-baġit, il-Ministru qal li dawn mistennija jitqassmu f'Jannar li ġej.