Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar ċaħdet li qatt kellha xi negozju ma' Yorgen Fenech, ftit xhur qabel dan ġie arrestat u akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Cutajar qalet dan lill-ġurnalisti qabel daħlet il-Parlament u dan wara li nhar il-Ħadd li għadda The Sunday Times of Malta rrapportat li Cutajar ħadet €9,000 mingħand Fenech għas-sehem tagħha biex Fenech seta' jixtri proprjetà ta' €3.1 miljun fl-Imdina.
F'Diċembru li għadda kien ġie rrapportat ukoll li Cutajar ħadet €50,000 f'senserija mingħand is-sid tal-istess proprjetà.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela insista li se jżomm mal-pożizzjoni tiegħu, jiġifieri li se jistenna r-rapport tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qabel ma jieħu l-passi li jkunu neċessarji.
Aqra wkoll:
'In-nuqqas ta' azzjoni mill-PM fil-konfront ta' Rosianne Cutajar qed iwassal għal iktar impunità' - PN