Fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta' 55 sena
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 56 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 73 persuna fiequ mill-virus.
Ilbieraħ ukoll miet raġel ta' 55 sena li kien qed jingħata l-kura f'Mater Dei. L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 399.
Dan kollu jfisser li l-każi attivi issa komplew jonqsu għal 531.
Kompla wkoll it-tilqim hekk kif sa issa, 59,032 persuna ħadu ż-żewġ dożi.
156,000 persuna ħadu l-ewwel doża u bħalissa qed jistennew biex jingħataw it-tieni waħda.