Il-Belt Valletta sabiħa dejjem, imma meta terġa' tibda tieħu l-ħajja, tisbieħ ħafna aktar.
Minn illum daħal il-Belt Valletta ġie milqugħ bi ġnien ta' fjuri li ntrama quddiem il-Parlament, anke b'dedika għal Oliver Friggieri li kien kiteb ir-Rumanż ċelebri 'Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri.'
"Fil-Parlament ma jikbrux fjuri" b'apologija ghall-mibki Oliver Friggieri.
Dalghodu fil-Belt Valletta tajna merhba...
Posted by Jason Micallef on Monday, 3 May 2021
Dan qed iħejji lill-viżitaturi għall-Valletta Green Festival li se jkun qed jilħaq il-qofol tiegħu bejn is-7 u l-11 ta' Mejju.
Għal din is-sena, dan il-festival se jkun mifrux tul Triq ir-Repubblika kollha, bl-infjorata enormi fi Pjazza San Ġorġ.
Kif żvela ma' dan is-sit iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, dan huwa biss il-bidu ta' programm ta' attivitajiet fil-Belt Kapitali.