'Il-PN jemmen b'mod assolut fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt'

Jisħaq li għalhekk ma jista' qatt ikun favur id-dekriminalizazzjoni tal-abort

Il-Partit Nazzjonalista saħaq fi stqarrija li hu ma jista' qatt ikun favur id-dekriminalizazzjoni tal-abort għax huwa jemmen "bl-aktar mod assolut," fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt

L-istqarrija tisħaq li l-PN huwa favur li jittieħdu l-miżuri meħtieġa favur is-saħħa  sesswali ta' kulħadd mingħajr ma tkun ipperikolata il-ħajja tat-tarbija kemm qabel u wara t-twelid.

Il-Partit Nazzjonalista qal dan ftit wara li d-Deputat indipendenti Marlene Farrugia ressqet mozzjoni fil-Parlament bil-għan li jiġi dikriminalizzat l-abort. 

Skont sondaġġ xjentifiku ippubblikat fuq il-gazzetta ILLUM fi Frar tas-sena l-oħra, 85% tal-poplu jibqa' kontra leġiżlazzjoni li tippermetti l-abort.

Aqra aktar hawn dwar dak li qed tipproponi Farrugia

More in Politika