Kważi 190,000 persuna issa huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19; Seba' każi ġodda

Ilbieraħ saru 2,080 test

189,055 persuna issa huma mlaqqma kompletament bil-vaċċin kontra l-Covid-19 wara li ħadu t-tieni doża fil-każ tal-Pfizer, Moderna jew l-AstraZeneca u d-doża fil-każ tal-vaċċin ta' Johnson & Johnson. 

Apparti minn hekk 310,403 persuni ħadu doża tal-vaċċin u qed jistennew it-tieni doża.

Intant, il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta huma 69, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba' każi ġodda u fiequ sitt pazjenti.

Ilbieraħ saru 2,080 test. 

More in Politika