Għexieren jinġabru l-Belt Valletta biex jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19
Il-mobile clinic se jkun quddiem il-Parlament bejn illum u nhar il-Ġimgħa
More in Politika
Il-mobile clinic se jkun quddiem il-Parlament bejn illum u nhar il-Ġimgħa
Mijiet ta' persuni, il-biċċa l-kbira tagħhom barranin residenti f'Malta, inġabru fil-Belt Valletta biex jieħdu t-tilqima hekk kif il-mobile-clinic, f'dawn il-jiem se tkun quddiem il-binja tal-Parlament, f'Bieb il-Belt.
Fil-fatt, fl-aħħar jiem, persuni setgħu jmorru jieħdu t-tilqima, kontra l-Covid-19, mingħajr bżonn ta' appuntament, kemm fil-mobile-clinic u anke f'żewġ walk-in clinics li jinsabu fl-Università ta' Malta u fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f'Għawdex. Dawn tal-aħħar ikunu miftuħa kuljum bejn it-8:30am u t-3:00pm.
Fl-ewwel ġimgħa, minn meta dawn fetħu l-bibien tagħhom, amministraw it-tilqima lill-aktar minn 8,000 persuna, ħafna minnhom barranin residenti f'Malta.
Intant bejn illum u nhar il-Ġimgħa, il-mobile-clinic se jkun quddiem il-Parlament bejn id-9:00am u nofsinhar.
Malta sa issa għandha 82% tal-popolazzjoni adulta tagħha li hija mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19.