Anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Qormi, weġġa' gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi.
Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siġġiewi.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.