Inawgurat ir-restawr taz-zuntier antik madwar il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat
Ix-xogħlijiet saru b'investiment ta' €350,000
More in Politika
Ix-xogħlijiet saru b'investiment ta' €350,000
Infrastructure Malta lestiet proġett ta’ €350,000 biex tirrestawra u ssebbaħ iz-Zuntier madwar il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.
Dan il-proġett ġie inawgurat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg
“L-infrastruttura mhijiex biss it-toroq iżda anke spazji bħal dawn li jagħmlu parti mill-qalba ta’ kull belt jew raħal. Dan hu proġett fejn rajna li permezz tiegħu mmorru anka oltre fejn ħtafna l-opportunità li nippreservaw u anke nirrestawraw attrazzjonijiet storiċi li jagħmlu parti mill-wirt li ħallewlna missirijietna," insista l-Ministru.
Ix-xogħlijiet jinkludu pavimentar ġdid, dawl dekorattiv u tħawwil ta’ 12-il siġra taż-żebbuġ u tlieta taċ-ċipress.
L-aġenzija rrestawrat arkata tas-seklu 19 u tneħħew it-tiswijiet il-qodma tal-konkrit u reġgħu bnewha kompletament bil-ġebla tal-franka, b’mod li żamm mad-disinn oriġinali tagħha.
Salib tal-ġebel u ornamenti oħra li kienu jiffurmaw parti mill-arkata oriġinali ġew integrati mill-ġdid fl-istruttura.
Infrastructure Malta installat ukoll bieb ġdid tal-ħadid maħdum fuq stil simili għal wieħed eqdem fuq in-naħa l-oħra tal-Bażilika, li ġie rrestawrat ukoll.
Infrastructure Malta ddiskutiet u kkoordinat ix-xogħlijiet kollha mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u mal-Parroċċa tar-Rabat li tamministra l-Bażilika, biex tissalvagwardja l-wirt taż-żona.