L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 1,147 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 285 persuna oħra.
Dan ifisser li f'Malta hawn 14,121 każ attiv ta' Covid-19.
Naqsu wkoll il-pazjenti li jinstabu fl-ITU, hekk kif bħalissa hemm ħames persuna, iżda l-bieraħ kien hemm seba' persuni.
Intant f''Mater Dei bħalissa hemm rikoverati 124 persuna bil-Covid-19, żieda ta' żewġ persuni mill-bieraħ.
Intant, 236,942 persuna diġà ħadu l-booster tat-tilqima.
Fl-aħħar 24 siegħa ġiet mħabbra wkoll il-mewta ta' raġel ta' 65 sena li miet waqt li kellu l-Covid-19.