Anzjana ta' 84 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Din kienet l-aħħar vittma tal-pandemija f'Malta hekk kif fl-aħħar jiem l-imwiet reġgħu żdiedu.
B'kollox, minn meta feġġet il-pandemija f'Malta, 489 persuna sfaw vittma tal-Covid-19.
Intant, għal darb'oħra, fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda. B'kollox, fl-aħħar 24 siegħa, 542 persuna ġew ikkonfermati mfejqa, filwaqt li nstabu 437 każ ġdid.
Dan ifisser li issa f'Malta hawn 14,053 każ attiv ta' Covid-19.
Bejn illum u lbieraħ, żdiedu l-pazjenti bil-Covid-19 f'Mater Dei hekk kif issa hemm rikoverati 131 persuna.
Madanakollu, il-pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva baqgħu sebgħa.
Aqra wkoll: