Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li 67% tal-adulti Maltin issa ħadu l-booster tat-tilqima kontra l-Covid-19.
Fearne fakkar li dawk kollha li għadhom ma ħadux il-booster jistgħu japplikaw fuq is-sit vaccin.gov.mt.
Min-nhar it-Tnejn li ġej, iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun validu għal tliet xhur mit-tieni doża u jibqa’ validu biss għal 9 xhur oħra jekk tkun ħadt il-booster.
Għalhekk, jekk ma tiħux il-booster u tkun ilek li ħadt it-tieni doża aktar minn tliet xhur, iċ-ċertifikat ma jibqax jgħodd.
Mit-Tnejn ukoll, bars, restaurants, gyms, spas, casinos, snack bars, pools, clubs, cinemas, teatri, attivitajiet sportivi u kwalunkwe attività oħra se jkunu aċċessibli biss għal min għandu ċertifikat tal-vaċċin. Dan ma jgħoddx għal tfal li għandhom inqas minn 12-il sena.
Aqra wkoll: