Mit-Tnejn tista' tmur tieħu l-booster mingħajr appuntament fi tmien kliniċi

B'kollox se jkun hemm tmien walk-in clinics u anke mobile clinics li se jduru f'diversi lokalitajiet

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li biex ikun iffaċilitat l-għoti tal-booster, min-nhar it-Tnejn li ġej, se jkunu qed jiftħu numru ta' walk-in clinics u anke se jkun hemm għadd ta' mobile clinics.

Dan ifisser li mit-Tnejn li ġej, kwalunkwe persuna tista' tmur f'dawn il-postijiet, anke jekk ma rreġġistratx u allura ma ngħatatx appuntament, biex tkun tista' tieħu l-booster.

Il-kliniċi se jkunu dawn:

  • L-MCAST ta' Għajn Dwieli
  • Il-Barracks tal-AFM f'Ħal Luqa
  • Il-Berġa tas-saħħa ta' Tas-Sliema
  • Il-Berġa tas-saħħa ta' Ta' Kerċem
  • Il-Berġa tas-saħħa tan-Naxxar
  • Il-Berġa tas-saħħa tal-Mellieħa
  • Il-Berġa tas-saħħa ta' Santa Luċija
  • Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid

Dawk il-persuni kollha li għad ma għandhomx appuntament għall-booster, jistgħu jmorru f'dawn il-kliniċi, min-nhar it-Tnejn li ġej, fid-9:00am.

Mobile Clinics, li dwarhom jingħataw id-dettalji, se jkunu qed iduru f'diversi lokalitajiet.

Fearne spjega li nhar it-Tlieta li ġej il-mobile clinic se tkun fil-Pjazza taż-Żejtun u l-Ħamis se jkun qiegħed viċin il-knisja parrokjali ta' Raħal Ġdid. Il-ġimgħa ta' wara se jkun f'Paceville, fil-Qawra u anke f'Għawdex.

More in Politika