Grech jippremja l-ġodda; Borg kelliem għal Għawdex, Delia għat-trasport u Caruana Cilia għall-Finanzi

Chris Said, Mario de Marco u Carm Mifsud Bonnici ma jingħatawx rwol fis-Shadow Cabinet

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ lill-Membri Parlamentari biex jifforma x-shadow cabinet.

Sorsi fi ħdan il-Grupp Parlamentari kkonfermaw ma' dan is-sit li l-Kap Nazzjonalista sejjaħ lid-Deputati wieħed wieħed u infurmahom bl-irwol li se jkun qiegħed jafdalhom. 

Dawk illi kienu l-aktar popolari mal-votanti fl-aħħar elezzjoni ġenerali ingħataw f'idhom l-aktar setturi kruċjali u importanti. Jidher li mhux kull Deputat se jkun kelliem tal-Oppożizzjoni iżda kulħadd se jkun qed jingħata rwol speċifiku.

Fil-fatt, dan is-sit ikkonferma li Darren Carabott, elett għall-ewwel darba fuq l-ewwel distrett, mhux se jkun Kelliem tal-Oppożizzjoni iżda se jkun qiegħed imexxi l-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi minflok Beppe Fenech Adami.

Żvela wkoll li Alex Borg se jkun il-Kelliem għal Għawdex minflok Chris Said. Borg, li għad għandu 26 sena, ġab 6,108 vot fuq it-13-il distrett.

Anke l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, din id-darba aċċetta rwol fix-shadow cabinet u se jkun il-Kelliem tal-PN għat-Trasport, il-Mobbilità u l-Proġetti Kapitali, portafoll li kien f'idejn Toni Bezzina. Meta Bernard Grech kien wettaq reshuffle fis-shadow cabinet, ftit wara li sar Kap, Adrian Delia ma kienx aċċetta li jkollu rwol.

L-istess sorsi kkonfermaw li Jerome Caruana Cilia inħatar Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, portafoll li kien ilu f'idejn Mario de Marco.

Ivan J Bartolo se  jkun il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija, portafoll li kien f'idejn Kristy Debono li ma kkontestatx l-Elezzjoni Ġenerali.

Is-sit illum.com.mt żvela  wkoll li l-Viċi Kap David Agius se jkun Deputat Speaker minflok Claudette Buttigieh u anke Kelliem għall-Politika Soċjali.

Rwoli importanti oħrajn ingħataw  lil Joe Giglio (li ħa post Beppe Fenech Adami), Justin Schembri u Mark Anthony Sammut.

Sa issa, Chris Said u Mario de Marco għadhom ma ngħatawx rwol.

Din hi l-lista sħiħa tal-Kelliema ppubblikata llejla:

David Agius
Deputy Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali

Robert Arrigo
Kelliem għat-Turiżmu

Robert Cutajar
Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u kelliem għas-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar

Paula Mifsud Bonnici
Assistent Whip, Kelliema għall-Anzjanitá Attiva

Darren Carabott
Chairperson PAC u Kelliem għall-Gvern Lokali u l-Amministrazzjoni Pubblika

Karol Aquilina
Kelliem għall-Gustizzja

Graziella Attard Previ
Kelliema għall-Ugwaljanza u d-drittijiet tat-tfal

Charles Azzopardi
Kelliem għad-Delizzji u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja

Ivan Bartolo
Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-ġlieda kontra l-faqar

Ivan J Bartolo
Kelliem għall-Ekonomija u ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda
 
Toni Bezzina
Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd

Graham Bencini
Kelliem għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali

Bernice Bonello
Kelliema għaż-Żgħażagħ u l-fondi Ewropej

Alex Borg
 Kelliem għal Għawdex

Eve Borg Bonello
Kelliema għat-tibdil fil-Klima

Claudette Buttigieg
Kelliema għal-libertajiet ċivili, d-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra d-dijabete

Ryan Callus
Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura

Jerome Caruana Cilia
Kelliem għall-Finanzi
 Responsabbli mis-settur tal-finanzi, t-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji

Ivan Castillo
Kelliem għas-settur Marittimu u x-Xogħol

Janice Chetcuti
Kelliema għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali

Rebekah Cilia
Kelliema għall-Artijiet u drittijiet tal-konsumatur

Adrian Delia
Kelliem għat-Trasport, Mobilità l-Proġetti Kapitali

Beppe Fenech Adami
Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Graziella Galea
Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat

Joe Giglio
Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi

Mark Anthony Sammut
Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża

Justin Schembri
Kelliem għall-Edukazzjoni

Stephen Spiteri
Kelliem għas-Saħħa

Ian Vassallo
 Kelliem għall-kura Primarja u s-saħħa mentali

Julie Zahra
Kelliema għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura

Stanley Zammit
Kelliem għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

More in Politika