Darren Carabott se jmexxi l-PAC minflok Beppe Fenech Adami

Beppe Fenech Adami mexxa dan il-Kumitat Parlamentari tul il-leġislatura li għaddiet u fl-aħħar xhur kien qed jinterroga lill-eks Ministru Konrad Mizzi fuq l-Electogas

L-Avukat Darren Carabott li huwa wieħed mid-Deputati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista se jkun iċ-Chairman tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC).

Dan ifisser li Carabott se jkun qed jieħu post Beppe Fenech Adami li fl-aħħar ħames snin mexxa dan il-Kumitat li fl-aħħar xhur kien qed jinterroga lill-eks Ministru Konrad Mizzi fuq l-Electogas.

Sorsi viċin il-Kap Nazzjonalista kkonfermaw mas-sit illum.com.mt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sejjaħ lil Carabott u afdah b'dan l-irwol importanti.

Fil-fatt, dan huwa wieħed mill-Kumitati Parlamentari importanti li ċ-Chairperson tiegħu jkun membru tal-Oppożizzjoni.

Aqra wkoll dak li qiegħed jiġri hekk kif il-Kap Nazzjonalista qed iqassam l-irwoli lid-Deputati tiegħu:

More in Politika