L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jilqa' t-tneħħija tal-miżuri kontra l-Covid-19
'Ninsabu kuntenti li t-turisti issa jistgħu jagħżlu jekk jilbsux il-maskra jew le, fil-bini' - MIA
More in Politika
'Ninsabu kuntenti li t-turisti issa jistgħu jagħżlu jekk jilbsux il-maskra jew le, fil-bini' - MIA
L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) jilqa' t-tneħħija tar-rilaxx ta' numru ta' miżuri u jisħaq li dan huwa pass pożittiv lejn id-direzzjoni t-tajba. Dan hekk kif mil-lum il-maġġoranza tal-miżuri kontra l-imxija tal-Covid-19 tneħħew.
Fi stqarrija l-Ajruport jgħid li l-MIA flimkien mal-istakeholders kollha li kienu jaħdmu fih għamlu dak kollu possibli biex jiġi mħares il-benesseri ta' dawk it-turisti li jagħżlu li jiġu pajjiżna.
Dan l-impenn wassal biex fl-2021 l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sar wieħed minn disa' ajruporti, minn madwar id-dinja, li huma akkreditati b' ħames stilel mil-lat ta' saħħa u sigurtà
Filwaqt li l-Ajruport jisħaq li se jkompli jimplimenta l-miżuri meħtieġa għall-indafa madwar it-terminal tal-ajruport, jisab kuntent li t-turisti se jingħataw l-opportunità biex jagħżlu jekk għandhomx jilbsu maskra jew le fil-bini, b'mod partikolari issa li resqin ix-xhur sajfin.
Minkejja dan, is-sistema tal-pajjżi ħomor u ħomor skuri se tinżamm hekk kif maqbul u miftihiem ma' pajjiżi oħra. L-MIA tisħaq li tinsab ħerqana li tara t-tneħħija ta' din il-miżura wkoll.
Liema miżuri tneħħew? Lilek kif se tolqtok?