
Ritratti | L-akbar Parlament fl-istorja ta' Malta jiftaħ il-bibien tiegħu
Il-Parlament fetaħ il-bibien tiegħu għall-erbatax-il leġislatura; Dawn huma l-aqwa mumenti f'Ritratti

minn Anthea Cachia
.png)
Mil-lum tibda l-ħidma għall-erbatax-il-leġislatura hekk kif issa uffiċjalment infetħu l-bibien tal-Parlament. Maħtur bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati, Anġlu Farrugia, se jkun l-ewwel Speaker fl-istorja elettorali ta' pajjiżna li okkupa l-kariga ta' Speaker għat-tielet leġiżlatura konsekuttiva. Filwaqt li d-Deputat Speaker tal-Kamra David Agius ġie maħtur unanimament, l-Oppożizzjoni ma vvutatx favur il-ħatra ta' Farrugia minħabba nuqqas ta' imparzjalità.
Min-naħa l-oħra, waqt il-Pontifikal qabel il-ftuħ tal-Parlament, l-Arċisqof Charles Scicluna appella lid-Deputati biex ma jħallux il-flus jieħdu f'idhom il-poter tal-istat u biex jaħdmu sabiex jissuperaw il-mentalità tribali.


















.jpg)