Daqshekk pulizija mal-barriers fil-festi fost ħdax -il direttiva oħra mill-MPU
Dan fid-dawl ta' tilwima kontra l-Kumissarju tal-Pulizija minħabba termini u kundizzjonijiet tal-impjieg
More in Politika
Dan fid-dawl ta' tilwima kontra l-Kumissarju tal-Pulizija minħabba termini u kundizzjonijiet tal-impjieg
Il-Malta Police Union (MPU) ħarġet b'numru ta' direttivi fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Unjin tal-Pulizija ta’ Malta wara li rreġistra Tilwima kontra l-Kummissarju tal-Pulizija minħabba "t-termini u kundizzjonijiet tal-impjieg, jew il-kundizzjonijiet fiżiċi li fihom kull ħaddiem huwa meħtieġ jaħdem mingħajr konsultazzjoni."
Fi stqarrija fuq il-paġna tal-unjin, l-MPU kitbu illi "l-Kummissarju tal-Pulizija ddeċieda li jimplimenta policies, li fis-sitwazzjoni preżenti ta’ nuqqas ta’ staff u demotivazzjoni totali tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, ikomplu jillimitaw l-ammont ta’ overtime u extra duty li membru tal-Korp jista’ jaħdem."
Il-Union stqarret b’diżappunt kif innotat li l-Gvern mhux lest li jtejjeb l-affarijiet fil-Korp tal-Pulizija, u jum wara l-ieħor, "is-sitwazzjoni qed tiggrava." Filwaqt li fakkru li f’dawn l-aħħar 18-il xahar biss, ‘il fuq minn 300 uffiċjal telqu mill-Korp.
Id-direttivi tal-MPU se jidħlu fis-seħħ mis-6:00.a.m ta' Għada l-Ġimgħa 1 ta' Lulju 2022
1. Jistgħu jilbsu l-baseball cap maħruġ mill-Pulizija;
2. Jistgħu jilbsu t-T-Shirt maħruġ mill-Pulizija għad-dmirijiet kollha (ħlief għal Qorti u għat-Tribunal),
3. Ma jwettqux dmirijiet fissi mal-barriers waqt festi u avvenimenti;
4. Se jaċċettaw biss rapporti li seħħew fid-distrett li qed jaqdu dmirhom minnhom;
5. Mhux se jirrispondu għall-ebda domanda, meta msejħa mill-Istandards Professjonali f'każijiet ta' dixxiplina interna biss
6. Mhux se jissottomettu stqarrijiet tal-fatti meta tintalab mis-superjur, ħlief meta tkun trid tiddaħħal fir-rapport tal-NPS bħala parti minn investigazzjoni
7. Mhux se jiġbru applikazzjoni ta’ kwalunkwe natura jew suġġett mingħand Servizz.gov
8. Mhux se jiċċarġjaw tagħmir maħruġ mill-Pulizija (mowbajls, radjijiet, torċi eċċ.) fid-dar
9. Mhux se jiċċekjaw emails jew messaġġi, lanqas fuq Facebook meta ma jkunux fuq xogħol u minflok tinbgħat awtomatikament l-‘Out of Office reply’
10. Mhux se jiċċekjaw is-sistema li taċċetta rapporti online (eż. OPRES). Dan filwaqt li mhux se jdaħħlu kwalunkwe rapport riċevuti permezz ta' email jew kwalunkwe sistema oħra
11. Se jinjoraw kwalunkwe talba għal kwota ta' biljetti/ħlasijiet mis-superjuri u mhux se jissomettu biljetti/ħlasijiet.
Fl-aħħar kummenti tagħhom, l-MPU qalet li "Membri tal-Korp tal-Pulizija mhumiex robots li jistgħu jiġu amministrati minn excel sheet u ordnijiet maħruġa mingħajr ma tingħata attenzjoni għall-aspett uman u personali tal-istess uffiċjali."
Hija temmet li se tieħu azzjoni, fuq livell personali kontra kull min jhedded lill-membri tagħha, direttament jew indirettament sabiex ma jsegwix direttivi tal-Unjoni, jew tikkastiga jew tiddiskrimina lill-membri tagħha billi tagħtihom dmirijiet 'bil-moħbi' biex is-sitwazzjoni tidher bħala normali kemm jista’ jkun.