Il-Kabinett ippreżenta d-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu li jinkludi wkoll id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela.
Il-Prim Ministru Robert Abela, li jitħallas €65,000 għall-irwol tiegħu bħala Kap tal-Gvern, iddikjara ammont mhux speċifikat ta’ dħul minn kirjiet iżda qal li dan kien iddikjarat fil-formoli tat-taxxi dovuti.
Huwa għandu €374,000 f’savings.
Il-Ministru Anton Refalo huwa magħruf għall-proprjetajiet tiegħu. Fil-fatt huwa għandu aktar minn 21 proprjetà.
Refalo ddikjara dħul ta’ €159,745 għall-2021, jiġifieri madwar €100,000 aktar mill-paga tiegħu bħala Minstru.
Huwa għandu €408,000 f’loans mal-bank.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ddikjara €20,000 fi dħul minn kirjiet, €4,700 dħul minn bejgħ ta’ proprjetża u anke €2,000 f’feed-in tariffs.
Camilleri għandu wkoll €187,000 f’savings.
Il-Ministru Miriam Dalli ddikjarat li għandha €423,000 f’savings.
Il-Ministru Clyde Caruana għandu biss kontijiet mal-APS, b’€185,000 f’savings u loan ta’ €313,000.
Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul iddikjara li għandu ‘part-ownership’ ta’ cabin-cruiser.
Il-Ministru Jonathan Attard, Avukat li qabel daħal fil-Gvern kellu diversi konsulenzi u anke rwoli f’kumpaniji tal-Gvern, għandu €363,000 f’savings u kważi €580,000 f’home loans