Folla numeruża tinġabar fil-Belt biex tipprotesta kontra l-isfreġju ambjentali u l-iżvilupp

Din il-protesta Nazzjonali ġiet organizzata minn għadd ta' NGOs inkluż Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa u Flimkien għal Ambjent Aħjar fost oħrajn

Mijiet ta' nies ingħaqdu ma' numru ta' NGOs fil-protesta Nazzjonali fil-Belt Valletta biex jopponu l-isfreġju ambjentali u l-iżvilupp rampanti bl-għajta ta' "Xebbajtuna!". Dawn l-NGOs qed isejħu għal numru ta' riformi inkluż bidla fil-policies, riformi fi ħdan l-istituzzjonijier responsabbli mill-ambjent, l-ippjanar u l-artijiet u mudell ekonomiku li jmur lil hnn mit-tkabbir u li jiżgura l-kwalità tal-ħajja. 

Fost id-diskors li saru kien hemm ta' Jacqueline Rotin, residenta ta' Wied il-Għajn li sostniet li qed naraw lil Malta Titkisser. 

"Irridu bidla fl-amministrazzjoni tal-art pubblika. Din hija tal-poplu u l-Gvern suppost jamministraha fl-interess tal-poplu. Nistaqsi... x'se nħallu għaż-żgħar tagħna? Min qed igawdi mill-bejgħ bl-irħis ta' art pubblika lill-privat?" staqsiet ir-residenta. Hija qalet li hemm min jgħid illi l-protesti huma għalxejn u ħela ta' bżieq iżda hija ma taqbel xejn. Fakkret li s-sena l-oħra meta r-residenti ta' Marsaskala, NGOs u ċittadini ingħaqdu flimkien waqqfu l-proġett tal-jott marina. 

Tkellem ukoll is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg li appella "tkomplux tfarrku, tkomplux teqirdu s-sbuħija ta' Għawdex." 

 

More in Politika