Ram Tumuluri ċaħad li qatt kellu kuntatt dirett ma’ kumpanija li allegatament għamlet €443,500 lil Carmen Ciantar, li rreżenjat minn postha bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi aktar kmieni din il-ġimgħa.
Permezz tal-avukat tiegħu, Tumuluri stqarr li lanqas ma kien hemm konnessjoni bejnu jew Vitals Global Healthcare mal-kumpanija Għawdxija Gozo International Medicare Ltd, liema kumpanija Għawdxija ġiet irrappurtata li għaddiet mal-€443,500 f’pagamenti lil Ciantar.
Fl-ittra, l-avukat ta’ Tumuluri qal li qed iħares lejn kull rimedju legali disponibbli biex inaddaf ismu, fosthom li s-sit ‘Daily Pakistan’ jirtira r-rapport inkwistjoni, u kull sit li rrepeta dak li ġie rrappurtat jagħmel l-istess.
Fil-31 ta’ Mejju, is-sit ‘Daily Pakistan’ irrapporta li kellha informazzjoni minn dokumenti bankarji li juru kif kien hemm 15-il irċevuta ta’ pagamenti li Ciantar tat lil Gozo International Medicare.
Min-naħa tagħha, Ciantar irrifjutat dak li ġie rrappurtat, u filwaqt li rriżenjat mill-irwol tagħha bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, qalet li se tiddefendi lilha nnifisha u r-reputazzjoni tagħha.