Ordnati azzjonijiet industrijali fil-Gozo Channel
Dawn l-azzjonijiet industrijali huma riżultat ta' "tkaxkir tas-saqajn" b'rabta ma' ftehim kollettiv ġdid
More in Politika
Dawn l-azzjonijiet industrijali huma riżultat ta' "tkaxkir tas-saqajn" b'rabta ma' ftehim kollettiv ġdid
Fi stqarrija, il-UHM Voice of the Workers ħabbret li ordnat azzjonijiet industrijali fil-Gozo Channel, hek kkif innutat tkaxkir tas-saqajn li ilu għaddej sentejn fuq ftehim kollettiv ġdid.
L-azzjonijiet industrijali daħlu fis-seħħ illum mis-1:00pm, u l-unjin stqarret li, “d-dewmien esaġerat biex il-kumpanija tagħti lill-ħaddiema dak li ħaqqhom qed joħloq tħassib serju kemm din għandha interess li tikkonkludi dawn innegozjat.”
L-azzjonijiet industrijali li se jimxu magħhom il-ħaddiema tal-Gozo Channel skont il-UHM huma dawn:
•Il-front desk: ma jirrispondux radjijiet/VHFs, telephones/mobiles u ma jdaħħlux data bħal sostituti u trip counts;
• It-Terminal Officer u l-Coordinators: jiskennjaw il-biljetti tal-karozzi minn ħdejn ir-rampa tal-vapuri eżatt qabel ikunu telgħin il-karozzi fuq il-vapuri u mhux meta l-karozzi jidħlu fil-marshalling area. Barra minn hekk, dawn ma għandhomx jirrispondu telephones/mobiles għal-skop ta’ xogħol jekk ikun hemm Duty Manager xogħol;
• Ħaddiema tal-uffiċċju: ma jirrispondux it-telephone u/jew il-mobile għal skop ta’ xogħol;
• Il-baħrin u l-bosuns: ma joperawx is-side ramp u allura l-passiġġieri għandhom jidħlu mill-garaxx. Barra minn hekk, l-imbark jibda' biss wara seba’ minuti li tinżel l-aħħar vettura mill-vjaġġ ta’ qabel u jibdew billi jimbarkaw lill-passiġġieri l-ewwel;
• Iż-żibel jitniżżel biss sal-garaxx tal-vapur u ma jinħarigx barra mill-vapur la mill-cabin attendants u lanqas mill-baħrin jew mill-bosuns;
• Il-Customer Service Sales u il-Customer Service Sales Coordinators: ma għandhomx ikejlu l-vetturi. Barra minn hekk, ma jirrispondux ittelephone u/jew il-mobile;