Tama li l-Kummissjoni Ewropea tilqa’ t-talbiet tal-Gvern u ssalva l-Air Malta

 

Aktar kmieni l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kien qal illi mingħajr l-injezzjoni ta’ fondi mill-Kummissjoni Ewropea, il-linja nazzjonali żgur li ma kinitx se tkampa. Minkejja dan, is-sors ta’ din il-gazzetta jinsab konvint illi l-Kummissjoni Ewropea lesta li tilqa’ t-talbiet tal-Gvern Malti u li tkun is-salva uomo tal-linja tal-ajru nazzjonali

Sorsi tal-gazzetta ILLUM ikkonfermaw illi l-Air Malta se tibqa’ bħala l-ajru nazzjonali ta’ pajjiżna minkejja li sa ftit xhur ilu, il-Kap Eżekuttiv tal-istess linja tal-ajru, David Curmi, ta’ x’jifhem li se tagħlaq il-bibien tagħha f’Diċembru li ġej, wara snin ta’ inċertezza.  

L-ILLUM ingħatat l-informazzjoni wkoll illi l-pjan li tiġi xolta l-Air Malta u minflok tinfetaħ kumpanija ġdida ġiet skartata għal kollox. Tajjeb li nfakkru li Curmi kien qal illi linja nazzjonali tal-ajru ġdida se tkun qed tieħu post l-Air Malta, hekk kif skont hu l-Kummissjoni Ewropea irrifjutat it-talba tal-Gvern Malti li tinjetta miljuni ta’ fondi fil-kumpanija. Aktar kmieni l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kien qal illi mingħajr l-injezzjoni ta’ fondi mill-Kummissjoni Ewropea, il-linja nazzjonali żgur li ma kinitx se tkampa.  

Minkejja dan, is-sors ta’ din il-gazzetta jinsab konvint illi l-Kummissjoni Ewropea lesta li tilqa’ t-talbiet tal-Gvern Malti u li tkun is-salva uomo tal-linja nazzjonali.  

Kienet din il-gazzetta stess illi f’April, żvelat li l-Ministru Caruana tfantas bid-dikjarazzjoni ta’ Curmi, liema dikjarazzjoni hu ma kienx infurmat biha. Dakinhar, sorsi viċin il-Gvern qalu li Caruana kien sorpriż ħafna għaliex hu stess għad għandu t-tama li l-Air Malta tista’ tkun salvata permezz tal-aħħar sforzi li qed jagħmel il-Gvern mal-Kummissjoni Ewropea. “Iċ-ċans hu remot, imma Caruana għadu ma qatax qalbu minkejja li l-Kummissjoni Ewropea qed tkun diffiċli ma’ Malta u lanqas qed tikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-pajjiż,” qalu s-sorsi, dakinhar.   

Intant dan is-sors jgħid li għad hemm it-tama li l-Air Malta tagħmel il-flus u tibqa’ topera mingħajr ma tikkawża dannu għal pajjiżna, kif prevvist mill-Ministru jekk pajjiżna ma jkollhiex linja nazzjonali tagħha. Fil-fatt is-sors spjega li t-tir ta’ Air Malta huwa li jiġu regolati l-pagi tal-piloti kif ukoll li jkun hemm flotta ta’ tmien ajruplani li joperaw b’mod konsistenti.  

More in Politika