Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ċaħad dak li ntqal mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni Rebekah Borg u Justin Schembri. Grima jenfasizza li qatt ma żgwida lill-Parlament u t-tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet Parlamentari kienu korretti u ċari u pprovda kull informazzjoni mitluba.
L-allegazzjonijiet bla bażi ta’ Borg u Schembri qed isiru b’mod intenzjonat li ifixklu l-ħidma li qed ssir fis-settur tal-Edukazzjon Ogħla u Avvanzata. Fl-allegazzjonijiet tagħhom, dawn pruvaw idaħħlu dubji li l-awditjar ma kienx irappurtat, meta mhux biss sar imma huwa wkoll pubbliku.
Il-Ministru jtenni li għandu fiduċja assoluta fl- Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u mhux se jħalli lil min itappan b’gideb u allegazzjonijiet foloz għal skopijiet partiġġjani.