L-ADPD – The Green Party qal li Malta trid tagħti aktar importanza lid-difiża tagħha filwaqt li tħares in-newtralità kostituzzjonali tal-pajjiż. Fi stqarrija nhar is-Sibt, il-partit wissa li Malta għandha tkun ippreparata għat-theddid emerġenti, partikolarment attakki cyber u tfixkil fil-provvista tal-enerġija.
Il-partit kien qed jirreaġixxi għad-dikjarazzjonijiet riċenti tal-Prim Ministru dwar żzieda fl-infieq fuq id-difiża. L-ADPD rrikonoxxa li l-impenn tal-gvern għal baħar ikbar ta’ difiża jindika kuxjenza li qed tikber dwar theddid potenzjali għas-sigurtà nazzjonali. Madankollu, enfasizzaw li d-difiża m’għandhiex titqies biss f’kuntest ta’ attakki militari, iżda wkoll f’protezzjoni tal-infrastruttura kritika u s-sistemi diġitali tal-pajjiż.
“Fil-kuntest tal-lum, id-difiża ta’ pajjiż tieħu diversi forom. Il-provvista tal-enerġija tagħna, li tiddependi ħafna fuq Sqallija, hija vulnerabbli għal sabotġ. Attakki ćibernetići jistgħu jfixklu servizzi essenzjali. Dawn ir-riskji juru l-importanza li nkunu ppreparati, u dan m’għandux jitqies bħala infieq mhux meħtieġ,” qal il-partit.
L-ADPD sostna li n-newtralità m’għandhiex tiġi interpretata bħala passività. Malta, bħala gżira żħira newtrali, għandha tuża l-istatus tagħha bħala mezz ta’ medjazzjoni fil-kunflitti u bħala vući favur il-paći. Filwaqt li jirrifjutaw alleanzi jew bażji militari, l-ADPD insista li Malta trid tieħu pożizzjoni morali soda kontra l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u l-atroćitajiet internazzjonali, inkluż il-kunflitt f’Gaza.
Il-partit wera t-tħassib tiegħu dwar is-sħubija assoċjata ta’ Malta fl-Assemblea Parlamentari tan-NATO, li kienet approvata unanimament fil-parlament is-sena l-oħra. L-ADPD ikkritika n-nuqqas ta’ diskussjoni pubblika dwar din il-kwistjoni u talab aktar trasparenza fuq dak li tinvolvi din is-sħubija.
“Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf x’tinvolvi din is-sħubija, mhux biss bħala komunikat għall-istampa. Dan iqajjem diversi mistoqsijiet. Għaliex eħtieġeħ din is-sħubija? U ż-żieda fl-infieq tad-difiża għandha x'taqsam ma' din is-sħubija?”
L-ADPD tenna li Malta għandha tibqa’ taħdem għall-paċi u għall-isforzi umanitarji filwaqt li tassigura li l-qafas tas-sigurtà tagħha jkun allinjat mat-theddid kontemporanju. Il-partit talab lill-gvern biex jiddikjara l-politiki tad-difiża tiegħu u jinvolvi lill-pubbliku f’diskussjoni miftuħa dwar is-sigurtà nazzjonali.