Qassis Għawdxi qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar allegat każ ta’ abbuż fuq minorenni. Hu mifhum li dan il-qassis kien f’kuntatt mal-Pulizija rigward dan il-każ li allegatament imur lura diversi xhur.
Jidher li l-qassis aktarx li jitressaq il-Qorti mixli b’dawn l-akkużi matul il-ġimgħa d-dieħla jew fil-ġimgħat li ġejjin.