Iweġġa' gravi motoċiklist f'inċident tat-traffiku l-Marsa

Kien hemm tliet vetturi involuti fl-inċident fi Triq Aldo Moro, Il-Marsa, li kienu żewġ karozzi u mutur

Il-ħabta seħħet għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra t-Tlieta filgħodu (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)
Il-ħabta seħħet għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra t-Tlieta filgħodu (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)

Raġel ta' 36 sena jsofri ġrieħi serji wara li kien involut f'inċident tat-traffiku.

Ir-raġel, li joqgħod Bormla, kien qed isuq il-mutur tiegħu meta seħħ l-inċident fejn kienu involuti vann u karozza.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 52 sena u l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 53 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza wara li ssejjaħ tim mediku fuq il-post.

Il-motoċiklist ġie ċċertifikat li weġġa' gravi iżda jidher li s-sewwieqa l-oħrajn ma ġralhom xejn.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija