Mara ta' 38 tisfa vittma f'inċident tat-traffiku

Chantalle Gauci, omm ta' 38 sena, titlef ħajjitha fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, wara li l-karozza tagħha stess timxi b'lura għal fuqha

Il-vittma kienet toqgħod qrib il-post fejn seħħ l-inċident (Ritratt: Facebook)
Il-vittma kienet toqgħod qrib il-post fejn seħħ l-inċident (Ritratt: Facebook)

Omm ta' 38 sena tilfet ħajjitha f'inċident tat-traffiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.

Skont stħarriġ tal-pulizija, Chantalle Gauci sfat vittma tal-inċident wara li l-karozza tagħha stess bdiet miexja b'lura u laqtitha. Bid-daqqa, Gauci spiċċat taħt il-vettura tagħha, fejn weġġgħat serjament.

Fil-karozza kien hemm it-tifla ta' sitt snin tal-vittma. It-tifla ma weġġgħatx bl-inċident u tinstab sħiħa. 

It-triq fejn seħħ l-inċident hija waħda wieqfa ħafna, u jidher illi l-vittma kienet toqgħod viċin tat-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, iżda l-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici ħatar inkjesta flimkien ma' numru ta’ esperti biex jgħinuh.

Il-pulizija għadhom qed jinvestigaw l-inċident.

More in Qrati u Pulizija