Qasam lembuba fuq raġel minħabba tfajla

mill-Qorti

Gerald Callus, ta’ 32 sena, minn Bormla, tressaq il-Qorti mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq raġel ieħor, wara li allegatament aggredieh u sawtu b’daqqiet ta’ lembuba.

Il-prosekuzzjoni mmexxija minn Spettur Robert Said Sarreo spjega lil Qorti kif nhar it-Tnejn li għadda, l-akkużat daħal fis-Summer Bar f’Marsaskala f’xi ħin bejn id-9am u s-7.30pm. Hemmhekk, inqala argument bejn Callus u ċertu Mario Barbara, u Callus sawwat lil Barbara permezz ta’ lembuba u hedded klijenta li kien hemm fil-bar li “hi kien imiss.”

Il-Qorti semgħet kif l-argument inqala’ minħabba t-tfajla ta’ Gerald Callus. L-Avukat Michael Sciriha, li deher għal Callus, qal li l-akkużat kellu relazzjoni ma’ tfajla u li minn din ir-relazzjoni kellu tarbija u kien miexi kollox sew. Madankollu, daħal fin-nofs Mario Barbara, u ħarbat ir-relazzjoni. 

Il-Qorti semgħet ukoll li l-vittma kien f’relazzjoni mal-kuġina ta’ Callus, u li skont l-akkużat, kuġintu “batiet ħafna taħt idejn Callus.” Callus tenna li kien qed jibża’ li ibnu se jiġrilu l-istess, u għalhekk qal li dik l-ansjetà u l-biża’ kollha waslitu sabiex jagħmel dak li għamel. 

Callus ċaħad li hedded u weġġa’ serjament lil Barbara, li kiser il-buon ordni, u li hedded klijenta fil-bar. Callus ingħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000.

More in Qrati u Pulizija