Patri Dumnikan mir-Rabat mistenni jitressaq il-qorti fuq akkużi ta' abbuż sesswali

Se jkun akkużat li abbuża b'sess vjolenti minn mara li kellha problemi mentali

Patri Duminkan ta' 54 sena mir-Rabat mistenni jittella' l-qorti akkużat li abbuża b'sess vjolenti mara ta' madwar 40 sena, li kienet pazjenta mentalment vulnerabbli meta żammha kontra r-rieda tagħha u kkommetta dawn ir-rejati f'postijiet pubbliċi.

L-inċidenti allegatament saru f'diversi lokalitajiet f'perjodu ta' snin meta l-mara kienet qed tirċievi kura wara attentat ta' suwiċidju. 

Il-pulizija qed tinvestiga akkużi oħra kontrih magħmula minn nisa oħra. Il-patri qed jinnega kull akkuża.

 

 

More in Qrati u Pulizija