Persuna għadha meqjusa nieqsa

Il-pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija ta’ Martin Ambinette, raġel ta’ 65 sena • Il-pubbliku huwa mitlub jgħaddi kwalunkwe informazzjoni dwar dil-persuna lill-pulizija

Martin Ambinette, il-persuna meqjusa nieqsa
Martin Ambinette, il-persuna meqjusa nieqsa

Persuna li ġiet irrappurtata nieqsa għadha ma nstabitx, qalet il-pulizija.

Martin Ambinette, raġel ta’ 65 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-pulizija fit-3 ta’ Marzu, hekk kif deher l-aħħar il-Fgura liebes qalziet u flokk iswed u skufja bl-arma tal-Milan.

Minkejja t-tfittxijiet u l-appelli għall-informazzjoni, il-pulizija għadha ma skopritx x’sar minnu Ambinette.

Kull min jaf xi ħaġa dwar dil-persuna huwa mitlub biex jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija billi jew iċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew imur jgħaddiha fl-eqreb għassa tal-pulizija.

More in Qrati u Pulizija