Beżaq u gidem pulizija għax waqfuh li jkompli jsuq b'mod perikoluż

Taha bis-sieq lix-xufier u jħabbat rasu mal-ħġieġ tal-vettura tal-pulizija 

L-aggressur beżaq id-demm fuq il-pulizija
L-aggressur beżaq id-demm fuq il-pulizija

Kuntistabbli tal-Pulizija ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta' natura ħafifa għalkhemm serji meta ġie aggrediet waqt li kien qiegħed jaqdi d-dmirijiet tiegħu lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta' filgħaxija.

Hekk kif żewġ Pulizija kienu fuq patrol fix-Xatt ta' Tigne', f'Tas-Sliema innutaw sewwieq li kien qed isuq vettura b'mod perikoluż fejn saħansitra kien qed jaqbeż diversi vetturi. Il-persuna ta' sess maskili, ġie mwaqqaf minnufih, sabiex jiġi evitat periklu li seta' jinħoloq. Peress li s-sewwieq beda jsir aggressiv ġiet mitluba aktar assistenza min-naħa tal-Għassa ta' Tas-Sliema.

Ir-raġel ġie mitlub sabiex jagħmel test tal-breathelyser iżda dan irrifjuta, hekk kif Surġent mara tat struzzjonijiet lir-raġel li huwa ma setgħax ikompli jsuq il-vettura, ir-raġel beda jagħjjar lis-Surġent bi kliem dispreġġjattiv u jheddida bil-familjari tagħha.

Ir-raġel ġie arrestat u hekk kif il-Pulizija kienet qed takkumpanjaħ fuq wara tal-vettura tal-Korp huwa prova jiftaħ il-bieba sabiex joħroġ u beda jagħti bis-sieq lix-xufier u jħabbat rasu mal-ħġieġ tal-vettura. Ir-raġel kompla bl-għaġir tiegħu fejn saħansitra beżaq demm lejn it-tliet membri tal-Korp u gidem lil wieħed mill-Kuntistabbli. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika peress li kellu parti minn idejħ li ġiet imċarrta.

Ir-raġel qed jiġi miżmum għall-aktar stħarriġ.

Membri mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll dawk tas-Sezzjoni tat-Traffic kienu fuq il-post sabiex jassistu lill-kollegi tagħhom.

L-Aġent Kummissarju, is-Sur Raymond Zammit, stqarr li mhuwiex ser jittolera aktar vjolenza kontra l-Pulizija waqt il-qadi ta' dmierijithom. Is-Sur Zammit jappella ukoll, u dan fid-dawl ta' filmat li għaddej fuq is-social media, li konfronti minn persuni barranin kontra l-Pulizija ukoll mhumiex se jiġu aċċettati.

More in Qrati u Pulizija