Seraq il-bibien ta’ karozza

mill-Qorti

Raġel ta’ 33 sena minn Bormla ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li seraq erba’ bibien ta’ karozza Peugeot li kienet ipparkjata.

Charlie Brincat – li għandu problema ta’ dipendenza fuq l-alkoħol - intbagħat 18-il xahar ħabs oħra wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet imposti minnu mill-qorti fuq sentenza sospiża u li kien reċediv.

Is-serqa seħħet nhar il-Ħamis fin-12:30pm fi Triq Polverista, Bormla. Sorsi qalu li dakinhar l-akkużat seraq l-erba’ bibien ta’ karozza Peugeot li kienet ipparkjata quddiem mekkanik.

Il-Maġistrat Anthony Vella qal li minkejja li l-imputat ingħata ċansijiet mill-Qorti, Brincat baqa’ ma tgħallimx mill-iżbalji tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, il-Maġistrat qal, il-Qorti m’għandhiex għażla oħra ħlief li tibgħat lill-imputat il-ħabs għal sena, u tmintax-il xahar ieħor talli kkommetta r-reat waqt it-terminu ta’ sentenza sospiża.

More in Qrati u Pulizija