[Aġġornat] Stunar fil-każ ta’ Patri Charles Fenech

L-ammissjoni tal-Isqof Scicluna waqt il-programm Xarabank li ma kienx jaf bl-allegat każ ta’ Patri Charles Fenech qajmet diversi reazzjonijiet 

L-isqof Scicluna
L-isqof Scicluna

Aġġornat bi stqarrija mill-Kurja:

L-Uffiċċju tal-kommunikazzjoni tal-Kurja jixtieq jikkjarifika li meta l-Isqof Scicluna, waqt il-programm Xarabank kien qed juri li kien ixxukkjat li sar jaf bil-każ fuq il-mezzi tax-xandir, kien qed jirreferi dwar il-każ kriminali li kien se jitressaq fil-qorti u l-fatt li s-saċerdot akkużat ma deherx tliet darbiet il-qorti. Azzjoni minn patri Fenech li rrabjat lill-Isqof.

Billi l-każ kien qed jiġi investigat mir-response team tal-kurja ma kienx hemm dubju li l-awtoritajiet tal-Knisja kienu jafu bl-allegazzjoni u dan jinkludi l-Isqof Scicluna. Iżda huma riedu jistennew il-final ta' dak li kien se joħroġ mill-investigazzjoni tar-response team qabel jieħdu xi azzjoni.

Waqt Xarabank l-isqof innifsu rrefera għal din l-investigazzjoni u ddeskriva d-dewmien tagħha bħala innaċċettabli. L-Isqof Scicluna tgħid l-istqarrija jixtieq jemfasizza li hu tal-mistħija li wieħed jaħbi każi bħal dawn u appella li dawk kollha li għandhom informazzjoni dwar dan il-każ biex jirrapurtawhom lill-awtoritajiet relevanti.

Bħala prosekutur tal-Kongretazzjoni tad-duttrina tal-fidi tal-vatikan, l-isqof Scicluna qatta aktar minn 10 snin jiġġieled kull forma ta' abbuż sesswali. Jinsab determinat li jagħmel l-istess f'Malta.

K. Papagiorcopulo - Uffiċjal tal-Komunikazzjoni

 

Aktar kmieni:

Jidher li għalkemm kien hemm numru ta’ nies fil-Knisja u l-amministrazzjoni tagħha li huma konxji minn dawn l-akkużi fuq Patri Charles Fenech, u għalkemm minn dak li ħareġ fil-mezzi tax-xandir il-Knisja kien ilha taf  b’dan il-każ għal tmien snin sħaħ, l-Isqof Charles Scicluna ddikjara fil-programm Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa li hu sar jaf biss bil-każ mir-rapurtaġġi tal-mezzi tax-xandir ta’ din il-ġimgħa. Fi kliemu, waqt il-programm Xarabank, Scicluna wera d-diżapprovazzjoni tiegħu għal fatt li Patri Charles ma deherx quddiem il-qorti fi tliet seduti u li hu ħażin li wieħed jaħrab milli jidher quddiem il-liġi.

Id-domanda li qed isaqsu ħafna hi għaliex l-Isqof Scicluna ma kienx jaf bil-każ jekk il-Knisja ilha konoxxenti tan-nuqqasijiet ta’ Patri Charles Fenech għal tmien snin sħaħ? U vera ma kienx jaf dwar il-każ?

Aktar fil-ħarġa ta' ILLUM

More in Qrati u Pulizija