€69,810 mill-fondi Ewropej għall-ispejjeż tal-immigranti mibgħutha lura
F'sentejn Malta bagħtet lura lejn pajjiżu 52 immigrant u ħarġet mill-baġit nazzjonali €23,000 għalihom
More in Qrati u Pulizija
F'sentejn Malta bagħtet lura lejn pajjiżu 52 immigrant u ħarġet mill-baġit nazzjonali €23,000 għalihom
Il-Fond Ewropew għar-Ritorn jipprovdi mekkaniżmu t’għajnuna lil Stati Membri tal-Unjoni Ewropeja sabiex itejbu l-immaniġġjar tal-attivitajiet ta’ ritorn. Meta l-immigranti rregolari jagħzlu li ma jirritornawx f’pajjiżhom b’mod volontarju, l-Pulizija tal-Immigrazzjoni hija obbligata bil-liġi li jirripatrijawhom lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta bbenifika mill-imsemmi fond relatat mar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul u soġġorn fit-territorju Malti, inkluż dawk li t-talba tagħhom għall-ażil ma tintlaqax.
It-tipi differenti ta’ nfieq li ġew koperti minn dan il-proġett kienu jinkludu l-prezz tal-biljetti tal-ajru, kemm għall-persuni ripatrijati u kemm għall-ufiċċjali skorta, kif ukoll spejjeż oħra.
Il-proġett, li tnieda fl-2012, kopra l-attivatijiet li saru bejn l-1 ta’ Lulju 2012 u it-30 ta’ Ġunju 2014. Matul dan il-perjodu ġew irritornati 52 immigrant irregolari fuq titjiriet differenti u l-ispejjeż ammontaw għal €93,080.34, li minnhom €69,810.26 kien iffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja. Li ma kienx għall-Fond Ewropew għar-Ritorn, dawn iridu jinħarġu mill-baġit nazzjonali.
Ifisser ukoll li mil-baġit Nazzjonali malta nefqet madwar €23,000 tad-differenza mogħtija mill-Unjoni ewropeja. Dan ifisser li Malta ħallset €440 għal kull immigrant irregolari li ntbagħat lura pajjiżu u li kieku ma kienx hemm il-fondi Ewropej Malta kienet tħallas €1,790 għal kull wieħed li ntbagħat pajjiżu.