Transfers fil-Korp tal-Pulizija: Vendikazzjoni jew bżonn?

Skont Jason Azzopardi saru ħafna transfers vendikattivi fil-pulizija

Depot tal-pulizija
Depot tal-pulizija

 

 

Dan l-aħħar il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, għamel diversi Mistoqsijiet Parlamentari dwar in-numru ta’ transfers fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Il-mistoqsija hija jekk dawn it-transfers sarux b’vendikazzjoni, kif qed jallega Jason Azzopardi, jew kif qed jgħid il-Ministru Manwel Mallia li t-transfers isiru skont iċ-ċirkostanzi u l-eżiġenzi tal-Korp.

ILLUM staqsa lid-Deputat Nazzjonalista għaliex ħass li kellu jagħmel dawn in-numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministru Mallia. Fir-risposta tiegħu Azzopardi qalilna li kellu jagħmel tant mistoqsijiet lil Ministru Mallia dwar it-transfers fil-Korp tal-Pulizija għas-sempliċi raġuni li saru mijiet ta’ transfers b’vendikazzjoni jew frott l-inkompetenza ta’ tmexxija jew indħil politiku minn Gvern li ġie elett bil-wegħda li jintroduċi stil ġdid ta’ politika, iżda li minflok, nissel firda kbira b’politika partiġġjana f’Korp dixxiplinat.

Aqraw l-artiklu kollu fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Qrati u Pulizija