Il-pulizija tiftaħ kwerela f'isem Konrad u Sai Mizzi

Qed jintalab li jittieħdu passi kriminali kontra il-blogger Caruana Galizia

Libell ieħor kontra Caruana Galizia
Libell ieħor kontra Caruana Galizia

L-Ispettur Sandro Camilleri f'isem il-pulizija ppreżenta kwerela l-qorti fil-konfront tal-artikolista Daphne Caruana Galizia f'isem Konrad u Sai Mizzi u l-uffiċjal tal-Komunikazzjoni tal-Ministru, Lindsey Gambin, dwar dak li nkiteb fuqhom fuq il-blogs tagħha. Qed jintalab biex jittieħdu passi kriminali.

Konrad u Sai Mizzi, flimkien ma' Lindsay Gambin aktar kmieni din il-ġimgħa fetħu kawża ta' libell lil Caruana Galizia. Il-libell ġie ppreżentat mill-Avukati Aaron Mifsud Bonnici u Abigail Critien.

More in Qrati u Pulizija