Mara ta' 52 sena minn Ħ'Attard ilbieraħ ħadet ħasda liema bħalha meta marret tiftaħ il-grada tal-garaxx u sabet il-karozza ħamra tagħha nieqsa. Għamlet anke appell fuq Facebook biex forsi xi ħadd isibhielha.
Dalgħodu kif qamet ħadet aħbar sabiħa meta ċemplulha l-Pulizija u qalulha li sabuha, wara li min seraqha mar jisraq biha minn Raħal Ġdid. Qalulha wkoll li se tibqa' ftit mingħajrha għax se jinvestigaw il-marki tas-swaba' minħabba s-serqa.
Sadattant instabet ukoll il-karozza li t-tenur Joseph Callejja poġġa fuq Facebook u qal li nsterqitlu.