Ikompli l-immordenizzar tal-qasam tal-Gustizzja

Jitwaqqaf għall-ewwel darba Dipartiment tal-Ġustizzja

Permezz ta’ Avviż Legali ppubblikat fil-11 ta’ Novembru 2014, ġie mwaqqaf għall-ewwel darba Dipartiment tal-Ġustizzja. Id-Dipartiment se jkun immexxi mid-Direttur Ġenerali responsabbli għall-Ġustizzja, is-Sur Natalino Attard ser ikun jopera fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja.

Fid-dinja moderna kull pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea għandu "Justice Department" li jaqdi funzjonijiet kruċjali. L-amministrazzjoni retta tal-ġustizzja fil-fatt ma tieqafx biss mal-kawżi fil-Qrati u hemm funzjonijiet oħra daqstant importanti. Sal-lum uħud minn dawn il-funzjonijiet, bħall-provvediment tal-għajnuna legali, isiru mill-Qrati tal- Ġustizzja jew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, anke jekk dawn is-servizzi m’għandhom ebda dimensjoni ġudizzjarja. Bit-twaqqif tad-dipartiment se tonqos il-pressjoni fuq il-Qrati, li jkunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq dak li huma mwaqqfa għalih.

Funzjonijiet oħrajn bħall-qasam tal-asset management ta' oġġetti li ġejjin minn flus tal-kriminalità u appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità, għadhom prattikament ineżistenti f'pajjiżna. Għalhekk dan id-dipartiment il-ġdid ser jikkoordina u jappoġġja l-amministrazzjoni ġenerali tal- ġustizzja, jassigura t-twaqqif ta' entitajiet speċjalizzati bħalma hemm f'pajjiżi Ewropej u jieħu ħsieb id-dimensjonijiet Ewropej u internazzjonali tas-settur.

More in Qrati u Pulizija